Sunday, November 24, 2024

Waterpolo: Marsaskala champions tax-xitwa tal-I Diviżjoni

Aqra wkoll

Valletta………….5

Marsaskala…….6

(0-1, 2-3, 2-1, 1-1)

Marsaskala huma ċ-champions tal-Kampjonat tax-Xitwa tal-Ewwel Diviżjoni meta fil-logħba deċiżiva għelbu lil Valletta bl-iskor strett ta’ 6-5.

L-Iskalin rebħu l-ewwel sessjoni bl-iskor minimu ta’ 1-0 bil-goal jasal minn penalty ta’ Jake Ciantar.

Huma rebħu wkoll it-tieni sessjoni għal darb’oħra b’marġni ta’ goal iżda din id-darba b’punteġġ ta’ 3-2, bl-iskorers ikunu Gerald Sammut minn man-up wara li tkeċċa Nicholas Farrugia, Jake Ciantar u l-veteran Paul Privitera. Sebastian Busuttul minn man-up ukoll wara li tkeċċa Raoul Greco u Daniel Paolella wieġbu għall-Beltin.

Valletta wettqu reazzjoni tajba u rebħu t-tielet sessjoni bl-iskor ta’ 2-1, bil-protagonisti jkunu Zachary Micallef minn man-up wara li tkeċċa Ayrton Camenzuli u Michele Mifsud. David Pace Lupi minn man-up wara li tkeċċa Daniel Paolella skorja l-uniku goal għall-Iskalin.

Fl-aħħar sessjoni, irrenja bilanċ assolut hekk kif din intemmet fi draw ta’ 1-1 b’Ayrton Camenzuli jiskorja għal Marsaskala waqt li Sebastian Busuttil minn man-up, wara li tkeċċa Malcolm Manara, irnexxielu jsib ix-xibka għall-Beltin.

Valletta: 1-Benji Busuttil, 2-Nicholas Farrugia, 3-Matthew Pace, 4-Luke Hyzler, 5-Zachary Micallef (1), 6-Tristan Said, 7-Daniel Paolella (1), 8-Michele Mifsud (1), 9-Stephen Micallef, 10-Andrea Agius, 11-Jan Culic, 12-Otis Zammit, 13-Andrew Bugeja, 14-Sebastian Busuttil (2) Coach: Joe Cremona

Marsaskala: 1-Jurgen Micallef, 2-Jean Claude Cutajar, 3-Ayrton Camenuzli (1), 4-Paul Privitera (1), 5-Raoul Greco, 6-Gianluca Galea, 7-Kyle Navarro, 8-Malcolm Manara, 9-David Pace Lupi (1), 10-Gerald Sammut (1), 11-Jake Ciantar (2), 12-Mark Carani, 13-Aidan Muscat Coach: Arpad Babay

Referees: Massimo Angileri, Ronnie Spiteri

Sport