Saturday, April 27, 2024

Waterpolo: Marsaskala jirritornaw għar-rebħ

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

Ta’ Xbiex………… 6

Marsaskala……..10

(3-2, 1-2, 1-3, 1-3)

Wara li fil-jiem preċedenti naqsu milli jiksbu post fil-Premier għas-spejjeż ta’ Exiles meta sfaw megħluba bl-iskor ta’ 5-4, Marsaskala rritornaw għar-rebħ meta għelbu lil Ta’ Xbiex bl-iskor ta’ 10-6 meta dawru telfa f’rebħa.

Għall-Iskalin impressjona Mark Carani li rreġistra hat-trick personali, waqt li għal Ta’ Xbiex l-aqwa skorer kien Elijah Schembri li wkoll skorja tliet goals.

Ta’ Xbiex rebħu l-ewwel sessjoni bl-iskor ta’ 3-2 bil-goals tagħhom jaslu minn Sam Engerer, Edward Aqui­lina u Elijah Schembri. Mark Carani u Malcolm Manara wieġbu għall-Iskalin.

Iżda Marsaskala wettqu reazzjoni tajba u rebħu t-tieni sessjoni bl-iskor ta’ 2-1, bl-iskorers ikunu Raoul Greco u Kyle Navarro. Dan filwaqt li Elijah Schembri skor­ja l-uniku goal għal Ta’ Xbiex.

L-Iskalin rebħu wkoll it-tielet sessjoni din id-darba bil-punteġġ ta’ 3-1, bl-awturi tal-goals ikunu David Pace Lupi, Jake Ciantar u Kyle Navraro. Min-naħa l-oħra, is-solitu Elijah Schembri sab ix-xibka għal Ta’ Xbiex.

Huma ttrijonfaw ukoll fl-aħħar sessjoni bl-iskor identiku ta’ dik preċedenti, bil-goals jaslu minn  Mark Carani (2) u Gerald Sammut. Sam Engerer irrisponda għal Ta’ Xbiex.

Ta’ Xbiex: 1-Ryan Coleiro, 2-C. J. Saliba, 3-Edward Aquilina (1), 4-Jamie Pace Mizzi, 5-Edward Meli, 6-Sam Engerer (2), 7-Jacob Saliba, 8-Jayden Cassar, 9-Elijah Schembri (3), 10-B. Attard Littschaw, 11-Philip Tabone, 12-Julian Chircop, 13-Zac Dzanovic, 14-Zak Cutajar Licari – Coach: Zoran Maslovar

Marsakala: 1-Jurgen Micallef, 2-Jean Claude Cutajar, 3-Ayrton Camenzuli, 4-Paul Privitera, 5-Raoul Greco (1), 6-Gianluca Ga­lea, 7-Kyle Navarro (1), 8-Malcolm Manara (1), 9-David Pace Lupi (1), 10-Gerald Sammut (1), 11-Jake Ciantar (2), 12-Mark Carani (3), 13-Aidan Muscat – Coach: Arpad Babay

Referees: Andrea Baretta, Peter Balzan

Sport