Tuesday, May 14, 2024

Waterpolo: Valletta jikkonvinċu u jegħlbu lil Marsaxlokk

Aqra wkoll

Minn Cris Muscat

Marsaxlokk………. 4

Valletta…………..11

(1-1, 0-3, 2-4, 1-3)

Valletta kkonvinċew bis-sħiħ u għelbu lil Marsa­xlokk bl-iskor ta’ 11-4.

Għall-Beltin l-aqwa skorer kien Michele Mifsud li skorja erba’ goals filwaqt li kellu logħba tajba għa­lihom ukoll il-player Ni­cholas Farrugia li rreġistra tripletta.

Fl-ewwel sessjoni, irrenja bilanċ assolut hekk kif din intemmet fi draw ta’ 1-1, b’Luigi Mallia jiftaħ l-iskor għal Marsaxlokk, waqt li Michele Mifsud ġab l-iskor indaqs għall-Beltin.

Valletta rebħu t-tieni sessjoni bl-iskor ta’ 3-0, bl-iskorers ikunu Zachary Micallef, Michele Mifsud u Nicholas Farrugia.

It-team mill-belt kapitali rebaħ ukoll it-tielet sessjoni, din id-darba bil-punteġġ ta’ 4-2, fejn għalihom irnex­xielhom iniżżlu isim­hom fuq il-lista tal-iskor­ers Nicholas Farrugia u Michele Mifsud (2) u Stephen Micallef. Ryan Galea skorjaw doppjetta, bit-tieni goal tiegħu jasal minn penalty wieġeb għal Marsa­xlokk.

Il-Beltin rebħu wkoll l-aħħar sessjoni bl-iskor ta’ 3-1, bl-awturi tal-goals ikunu Luca Felice (2) u Nicholas Farrugia. Dan sabiex Enrico Mallia sab ix-xib­ka għax-Xlukkjari.

Marsaxlokk: 1-Sam Mif­­sud, 2-Russell Spiteri, 3- Cain Cutajar, 4-Ben Zammit, 5-Damien Cordina, 6-Dean Bugeja, 7-Max Zammit, 8-Luigi Mallia (1), 9-Luke Saliba, 10-Ryan Galea (2), 11-Julian Valletta, 12-Enrico Mallia (1), 13- Miguel Farrugia, 14-Timmy Agius – Coach: Nenad Na­va­rin

Valletta: 1-Benji Busuttil, 2-Nicholas Farrugia (3), 3-Matthew Pace, 4-Luke Hyzler, 5-Sebi Busuttil, 6-Zachary Micallef (1), 7-Daniel Paolellla, 8-Michele Mifsud (4), 9-Stephen Micallef (1), 10-Andrea Agius, 11-Keith Galea, 12-Jan Culic, 13-Andrea Bugeja, 14-Reinhard Attard, 15-Luca Felice (2) – Coach: Joe Cremona

Referees: Matteo Giacchini, Alex DeRaffaele

Sport