Minn Cristian Muscat
Otters……………. 2
Marsaxlokk……… 5
(0-1, 1-2, 0-2, 1-0)
F’partita bilanċjata, Marsaxlokk u għelbu lill-Għawdxin ta’ Otters bl-iskor ta’ 5-2.
Għax-Xlukkjari spikka ferm il-player żagħżugħ Ryan Galea li rreġistra hat-trick personali biex b’hekk kompla jinkuruna staġun mill-aqwa.
Marsaxlokk rebħu l-ewwel sessjoni bl-iskor minimu ta’ 1-0, bil-goal uniku ghalihom jasal minn Ryan Galea minn penalty.
Ix-Xlukkjari rebħu wkoll it-tieni sessjoni b’punteġġ ta’ 2-1, bl-awturi tal-goals għalihom ikunu Timmy Agius minn back-hand stupend u Russell Spiteri. Zion Bartolo rrisponda għall-Għawdxin.
It-team immexxi mill-coach Montenegrin Nenad Navarin ittrijonfa wkoll fit-tielet sessjoni din id-darba l-iskor ta’ 2-0, fejn għalihom Ryan Galea rreġistra doppjetta personali, bl-ewwel goal għalih jasal minn lob delizzjuż
Otters għalqu tajjeb u rebħu l-aħħar sessjoni bl-iskor minimu ta’ 1-0, bil-goal waħdani għalihom jasal minn Luke Grech Carr.
Anke jekk ħarġu fuq in-naħa telliefa, l-Għawdxin qed juru titjib fil-logħob tagħhom u qed ikunu sfida denja.
Otters: 1-Matthew Xerri, 2-Matthias Bonnici, 3-Karl Scicluna, 4-Luke Grech Carr (1), 5-Matthew Farrugia, 6-David Dimech, 7-Isaac Azzopardi, 8-Steve Dimech, 9-Luigi Dimech, 10-Simon Apap, 11-Zion Bartolo (1), 12-Andrew Dimech, 13-Giovanni Gatt Ellis Coach: Robert Munkacsy
Marsaxlokk: 1-Sam Mifsud, 2-Russell Spiteri (1), 3-Cain Cutajar, 4-Ben Zammit, 5-Damien Cordina, 6-Dean Bugeja, 7-Max Zammit, 8-Luigi Mallia, 9-Luke Saliba, 10-Ryan Galea (3), 11-Julian Valletta, 12-Alistair Cook, 13-Miguel Farrugia, 14-Enrico Mallia, 15-Timmy Agius (1) Coach: Nenad Navarin
Referees: Andrea Zedda, Neville Mercieca