Friday, May 3, 2024

Waterpololo: Faċli iktar milli mistenni għal Sirens kontra Exiles

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

Sirens……………..14

Exiles………………..5

(2-2, 4-0, 3-2, 5-1)

Sirens sabuha iktar faċli milli mistenni biex jegħlbu lil Exiles bl-iskor kbir ta’ 14-5, f’partita li Exiles żammew il-pass mal-avversarji tagħhom sa tmiem l-ewwel sessjoni li spiċċat fi draw ta’ 2-2 … iżda mbagħad ikkrollaw għal kollox.

Żgur li kien mistenni iktar minn Exiles speċjalment wara li fil-ġimgħa li għaddiet assiguraw posthom fil-Kampjonat Premier wara nuqqas ta’ sena.

Għal Sirens spikka Jacob Saliba li rreġistra poker personali, waqt li għal Exiles, l-aqwa skorer kien Max Aquilina b’żewġ goals.

Fl-ewwel sessjoni, irrenja bilanċ assolut hekk kif din intemmet fi draw ta’ 2-2, bil-goals għal Sirens jaslu t-tnejn minn Jacob Sciberras (2) bl-ewwel goal tiegħu jasal minn man-up wara li tkeċċa Sean Xerri De Caro u t-tieni minn penalty. Max Aquilina minn penalty u Niall Saliba wieġbu għal Exiles.

Fit-tieni sessjoni Sirens ħadu r-riedni tal-logħba kompletament f’idejhom hekk kif skorjaw erbgħa mingħajr risposta, permezz ta’ Jacob Sciberras (2), Matthew Sciberras u Isaiah Riolo.

Sirens rebħu wkoll it-tielet sessjoni din id-darba bil-punteġġ ta’ 3-2 bl-awturi tal-goals ikunu Matthias Azzopardi minn man-up wara li tkeċċa Sean Xerri De Caro, Isaiah Riolo u Jerome Zerafa Gregory minn penalty. Dan sabiex Mark Fenech minn penalty u Jake Bajada minn man-up wara li tkeċċa Matthew Chircop skorjaw għal Exiles.

Sirens komplew jixxalaw hekk kif rebħu l-ħames sessjoni 5-1 bil-protagonisti jkunu Matthias Azzopardi minn man-up wara li tkeċċa Luke Gialanze, Jerome Zerafa Gregory ukoll minn sitwazzjoni ta’ player iktar wara li din id-darba tkeċċa Luke Gialanze, Ken Erdogan minn penalty, Matthew Chircop u John Napier. Max Aquilina minn penalty skorja l-uniku goal għal Exiles.

Sirens: 1-Thomas Micallef, 2-Paul Serracino, 3-Ken Erdogan (1), 4-Jacob Sciberras (4), 5-Jerome Zerafa Gregory (2), 6-Gianni Farrugia, 7-Matthew Chircop (1), 8-Isaiah Riolo (2), 9-John Napier (1), 10-Mikhael Cutajar, 11-Matthew Sciberras (1), 12-Matthias Azzopardi (2), 13-Matthew Bonello Dupuis, 14-Gabriel Melillo, 15-Kydon Agius Dupuis Coach: Marko Orlovic

Exiles: 1-Matthew Castillo, 2-Niall Saliba (1), 3-Luke Gialanze, 4-Philip Paris, 6-Sean Xerri De Caro, 7-Mark Fenech (1), 8-Kurt Griscti, 9-Niki Paris, 10-Jake Bajada (1), 11-Max Aquilina (2), 12-David Fenech, 13-Gianluca Borg, 14-Matteo Martellacci, 15-Liam Pursehouse Coach: Aurelien Cousin

Referees: Tiziano Petrini, Ronnie Spiteri

Sport