Tuesday, April 23, 2024

Waterpolo: Valletta jdawru telfa f’rebħa fl-aħħar sessjoni

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

Marsaskala……… 3

Valletta………….. 4

(1-2, 1-0, 1-0, 0-2)

F’logħba ferm kumbattuta  u f’xi waqtiet nervuża, Valletta għelbu l-isfida ta’ Marsaskala bl-iskor strett ta’ 4-3. L-aħħar sessjoni kienet determinanti hekk kif il-Beltin dawru telfa f’rebħa.

Għat-team mill-belt kapitali spikka Andrea Agius li rreġistra doppjetta personali.

Huma rebħu l-ewwel sessjoni bl-iskor ta’ 2-1, bil-goals jaslu minn Andrea Agius u Luca Felice. Kyle Navarro skorja l-uniku goal għall-Iskalin.

Marsaksala wettqu reaz­zjoni u rebħu t-tieni sessjoni bl-iskor minimu ta’ 1-0 bil-goal uniku jiġi skorjat Jake Ciantar.

Marsaskala reġgħu rebħu t-tielet sessjoni bl-iskor skor bil-goal waħdani jasal minn Mark Carani.

B’goal minn taħt, il-Beltin għamlu reazzjoni tajba fir-raba’ sessjoni u skorjaw darbtejn mingħajr risposta biex dawru telfa f’rebħa permezz ta’ Andrea Agius u Sebi Busuttil minn penalty.

Marsaskala: 1-Jurgen Micallef, 2-Jean Claude Cutajar, 4-Paul Privitera, 5-Raoul Greco, 6-Gianluca Galea , 7-Kyle Navarro (1), 8-Malcolm Manara, 9-David Pace Lupi, 10-Gerald Sammut, 11-Jake Ciantar (1), 12-Mark Carani (1), 13-Aidan Muscat, 14-Ayrton Camenzuli – Coach: Arpad Babay

Valletta: 1-Benji Busuttil, 2-Nicholas Farrugia, 3-Matthew Pace, 4-Luke Hyzler, 5-Sebi Busuttil (1), 6-Zachary Micallef, 7-Daniel Paolellla, 8-Michele Mifsud, 9-Stephen Micallef, 10-Andrea Agius (2), 11-Keith Galea, 12-Jan Culic, 13-Andrea Bugeja, 14-Reinhard Attard, 15-Luca Felice (1) – Coach: Joe Cremona

Referees: Tiziano Petrini, Richard Magri

Sport