Wednesday, March 27, 2024

Emma Raducanu eliminata minn Wimbledon

Aqra wkoll

It-tennista Britannika, Emma Raducanu, sfat eliminata mit-tournament ta’ Wimbledon meta fit-tieni round kellha tbaxxi rasha quddiem il-Franċiża Caroline Garcia.

Il-Brittanika ta’ 19-il sena ġiet megħluba 6-3 6-3 min-numru 55 tad-dinja, li issa rebħet seba’ logħbiet konsekuttiv.

Raducanu ma rebħitx logħbiet suċċessivi fi Grand Slam mit-trijonf tagħha tal-US Open tas-sena l-oħra.

Garcia mill-ewwel dehret avversarju diffiċli u Raducanu ma setgħetx tlaħħaq mal-logħob aggressiv tagħha.

Ekonomija

Sport