Friday, October 23, 2026
Home Sport Waterpolo: Matthew Bonello DuPuis jingħaqad ma’ Valletta United

Waterpolo: Matthew Bonello DuPuis jingħaqad ma’ Valletta United

0
67

Valletta United għandhom il-pjaċir iħabbru l-akkwist ta’ Matthew Bonello DuPuis mingħand Sirens ASC, b’kuntratt ta’ erba’ snin.

Bħala wieħed mill-aqwa goalkeepers f’Malta, u b’potenzjal kbir li jilħaq livelli saħansitra ogħla, Matthew jingħaqad ma’ Valletta wara li qatta’ l-istaġun li għadda b’self ma’ Sliema ASC.

Matthew se jingħaqad mal-iskwadra f’Diċembru, malli jirritorna mill-Istati Uniti wara li temm l-istudji tiegħu fl-Università ta’ Fordham – fejn kellu wkoll rwol importanti fit-tim.

Valletta United qed jibnu għall-futur fit-tul, u Matthew huwa parti ewlenija minn dan il-proġett.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here