Fl-età ta’ 14-il sena biss, Matthew Portelli ġie inkurunat bħala ċ-Champion Nazzjonali taċ-Chess ta’ Malta, wara prestazzjoni eċċellenti fil-91 edizzjoni tal-Kampjonat taċ-Chess ta’ Malta.
Dan iż-żagħżugħ, li għandu t-titlu ta’ ‘Candidate Master’ u huwa student fil-Kulleġġ Santa Tereża fl-Imrieħel, temm il-kompetizzjoni ta’ għaxar rawnds bla telfa, b’total impressjonanti ta’ 9 minn 10 punti – riżultat ta’ tmien rebħiet u żewġ partiti li ntemmu fi draw.
Iċ-champion renjanti Jack Mizzi spiċċa fit-tieni post b’7 minn 10 punti, filwaqt li Robert Attila Novak – li huwa wkoll il-kowċ ta’ Portelli – kiseb it-tielet post b’6.5 minn 10.
Din hija kisba notevoli għal wieħed mit-talenti emerġenti taċ-ċess f’Malta; prestazzjoni li mistennija twassal ukoll biex il-klassifikazzjoni tiegħu mal-FIDE tiżdied b’madwar 100 punt.




