Friday, October 23, 2026
Home Sport It-tim nazzjonali Malti tal-waterpolo jikkompeti fil-COMEN Waterpolo Cup 2026 f’Monaco

It-tim nazzjonali Malti tal-waterpolo jikkompeti fil-COMEN Waterpolo Cup 2026 f’Monaco

0
64

It-tim nazzjonali Malti tal-waterpolo ta’ taħt il-15-il sena (U15) ivvjaġġa lejn Monaco biex jikkompeti fil-COMEN Waterpolo Cup 2026, li se ssir bejn it-23 u l-25 ta’ Ottubru.

Matul dan it-turnew internazzjonali, iż-żgħażagħ Maltin se jaffrontaw lil Franza, Monaco u Ċipru, u b’hekk jiksbu esperjenza siewja kontra avversarji Ewropej b’saħħithom.

It-tim huwa mmexxi mill-kowċ Paul Privitera u l-assistant coach David Cutajar, li se jiggwidaw lit-tim matul il-kompetizzjoni kollha.

Awguri lill-plejers żgħażagħ Maltin tal-waterpolo!

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here