Sunday, July 26, 2026
Home Sport Waterpolo: San Ġiljan jiksbu t-tielet rebħa nfila u l-ewwel waħda f’konfront dirett

Waterpolo: San Ġiljan jiksbu t-tielet rebħa nfila u l-ewwel waħda f’konfront dirett

0
2
ritratt: Mark Mangion

SAN ĠILJAN MAA DAIKIN…….. 15

SLIEMA NEXAWIN………………… 10

(3-1, 5-3, 3-5, 4-1)

San Ġiljan kisbu t-tielet rebħa konsekuttiva u l-ewwel waħda f’konfront dirett meta għelbu lir-rivali Sliema bl-iskor ta’ 15-10. U dan meta reġgħu kellhom jgħaddu mingħajr is-servizzi tal-erba’ players ewlenin Jake Tanti, Jeremy Abela, Ben Plumpton u Jake Bonavia minħabba li jinsabu sospiżi, bi Sliema jkollhom lil Liam Galea wkoll sospiż.

Ta’ nota huwa l-fatt li wara t-telfa ta’ 18-14 kontra r-rivali l-oħrajn, Neptunes, din kienet it-tieni telfa konsekuttiva għal Sliema.

San Ġiljan rebħu l-ewwel u t-tieni sessjoni bl-iskor ta’ 3-1 u 5-3 rispettivament u anke r-raba’ sessjoni bl-iskor ta’ 4-1, bi Sliema jittrijonfaw fit-tielet sessjoni bl-iskor ta’ 5-3.

Għal San Ġiljan l-aqwa skorer kien il-Kroat Jerko Marinic-Kragic li skorja sitt goals, filwaqt li għal Sliema spikkaw Jayden Cuatajr u Daniel Rizzo li rreġistraw hat-trick personali, bit-Taljan Franceso Di Fulvio jiskorja goal wieħed biss.

San Ġiljan: K. Manara, J. Muscat (1), J. Marinic-Kragic (6), N. Schiavone, R. Caruana (1), M. Zammit, J. Pace Tomren, G. Galea, G. Borg, N. Zammit (3), D. Zammit (1), A. Fenech (2), A. Muscat, L. Dimech (1), D. Bugeja

Sliema: B. Busuttil, F. Di Fulvio (1), M. Porter, J. Gambin (1), J. Cassar, B. Cachia, J. Cutajar (3), D. Rizzo (3), E. Schembri, J. Cachia, J. Chircop, D. Zammit (2), M. Bonello DuPuis, S. Engerer, S. Busuttil

Referees: Ronnie Spiteri, Matteo Giacchini

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here