Sunday, July 26, 2026
Home Internazzjonali Omm ta’ tifel b’diżabbilità tinstab mejta f’kompartament taħt sodda f’Turin

Omm ta’ tifel b’diżabbilità tinstab mejta f’kompartament taħt sodda f’Turin

0
5

Daniela Florea, ta’ 36 sena, omm ta’ tifel b’diżabbilità instabet mejta f’kompartament taħt sodda f’residenza f’Turni. Hija nstabet fi stat qawwi ta’ dekompożizzjoni.

Il-katavru tagħha nstab imgeżwer f’liżar.

Għalkemm s’issa ma hemm l-ebda konferma ta’ kif mietet l-omm, kollox qiegħed jindika li dan hu femiċidju ieħor fl-Italja. Il-Pulizija arrestaw lill-eks raġel tagħha li qiegħed jiġi interrogat għalkemm s’issa qiegħed jiċħad li hu weġġa’ jew qatel lil Florea.

Ġirien tal-vittma li tkellmu mal-midja qalu li Daniela u l-eks raġel tagħha kienu jkunu ħafna flimkien minkejja li kienu sseparati. L-eks raġel kien imur ħafna fl-appartament tal-vittma fejn kien jagħmel ħafna ħin tat-tifel li għandu diżabbilità.

It-tifel li meta nstabet l-omm ma kienx fir-residenza, iżda kien ma’ missieru qiegħed jinżamm f’residenza apposta fuq ordni tal-Qorti sakemm jiġu stabbiliti l-fatti.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here