Sunday, December 22, 2024

Waterpolo tal-LEN: Malta tiddiżappunta u titlef kontra s-Slovenja

Aqra wkoll

Malta…………………8

Slovenja…………..10

(2-2, 4-3, 2-1, 2-2)

It-team nazzjonali Malti tal-waterpolo safa megħlub minn dak Sloven bl-iskor ta’ 10-8.

Il-Maltin ftit li xejn impressjonaw fejn kienu kemmxejn erratiċi fil-passes tagħhom kif ukoll fid-difiża u fl-attakk. Żgur li nħass ferm in-nuqqas tal-players Sam Gialanze li baqa’ ma jiflaħax bid-deni u se jirritorna Malta matul il-jum tal-Ġimgħa, kif ukoll Mark Castillo wara brutality li wettaq fil-konfront kontra l-Iżrael. Dan filwaqt li Liam Galea u Nicholas Bugelli ma kinux 100% fil-forma.

B’hekk issa Malta se tkun qed tilgħab fil-finali għall-15 u s-16-il post kontra l-Iżrael, li b’hekk huwa pass lura minn sentejn ilu hekk kif konna temmejna fl-14-il post, waqt li t-tragward tal-ASA ma ntlaħaqx hekk kif kien hemm il-mira li stajna ntemmu fit-12-il post.  

Fl-ewwel sessjoni rrenja bilanċ assolut hekk kif din intemmet fi draw ta’ 2-2, bil-goals għall-Maltin jaslu minn Jayden Cutajar u Liam Galea. Dan filwaqt li ż-żewġ goals għas-Sloveni waslu minn Aljaz Troppan u Aleksander Paunovic. Ta’ nota huwa l-fatt li f’din is-sessjoni, is-Sloveni fallew penalty meta t-Aleksander Cerar kellu t-tentattiv tiegħu minn distanza ta’ ħames metri salvat mill-goalkeeper Malti, Jake Tanti.

Il-partita kompliet tisbieħ fit-tieni sessjoni, u s-Sloveni ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 4-3, bl-awturi tal-goals għalihom ikunu ikunu Aljaz Troppan (3) u Aleksander Cerar. Liam Galea, Jayden Cutajar u Jake Cachia rrispondew għall-Maltin.

Is-Sloveni rebħu t-tielet sessjoni bl-iskor ta’ 2-1 bl-awturi tal-goals għalihom ikunu Vukasin Stefanovic u Andraz Pusavec. Jayden Cutajar minn penalty wieġeb għall-Maltin. Hawnhekk, ta’ min wieħed jinnota li l-Maltin fallew diversi okkażjonijiet ta’ skor fosthom meta Jake Cachia ġie wiċċ imb’wiċċ mal-goalkeeper Sloven Jure Beton, b’dan tal-aħħar ikun strumentali għat-team tiegħu, hekk kif salva diversi goals ċerti.

L-aħħar sessjoni, bħall-ewwel waħda ntemmet fi draw ta’ 2-2, bil-goals għas-Sloveni jaslu minn Vukasin Stefanovic u Jasa Kadivec. Iż-żgħażagħ Jayden Cutajar u Jake Cachia rnexxielhom isibu x-xibka għall-Maltin.

Malta: 1-Jake Tanti, 2-Nicholas Bugelli, 3-Liam Galea (2), 4-Gianni Farrugia, 5-Jake Cachia (2), 6-Jake Bonavia, 7-Jake Muscat, 8-Jayden Cutajar (4), 9-Jeremy Abela, 10-Nikolai Zammit, 11-Darren Zammit, 12-Matthias Azzopardi, 13-Benji Busutti Coach: Milan Cirovic

Slovenja: 1-Jure Beton, 2-Matija Bernard Canc, 3-Aleksander Cerar (1), 4-Jan Justin, 5-Jasa Kadivec (1), 6-Jasa Lah, 7-Aljaz Troppan (4), 8-Benjamln Popovic, 9-Andraz Pusavec (1), 10-Nikola Rajlic, 11-Aleksander Paunovic (1), 12-Miha Santak, 13-Jurij Seljak, 14-Vukasin Stefanovic (2), 15-Gasper Zurbi

Malta tiddiżappunta u titlef kontra s-Slovenja

Ekonomija

Sport