Wednesday, December 25, 2024

Waterpolo U/17: Malta tikkwalifika għall-fażi finali

Aqra wkoll

Malta ……….12

Slovakkja ….5

(4-3, 2-1, 3-1, 3-0)

It-team nazzjonali Malti ta’ Taħt is-17-il sena kiseb it-tielet rebħa minn daqstant logħbiet biex ikkwalifikaw għall-fażi finali tal-Kampjonat Ewropew li se ssir fit-Turkija, f’Awwissu li ġej. 

Fl-ewwel sessjoni, il-Maltin irkupraw minn żvantaġġ biex dawru l-iskor favur tagħhom bl-iskor ta’ 4-3, bl-goals jaslu tnejn minn  Jayden Cutajar (wieħed minnhom minn penalty),   Elijah Schembri u Luigi Dimech filwaqt li għas-Slovakki skorjaw Lucas Cebo (2) u Matviy Dnistraynn.

Fit-tieni sessjoni, Cutajar reġa’ kien il-protagonista għat-team Malti billi skorja doppjetta oħra biex daħħal lit-team Malti jistrieħ fil-vantaġġ ta’ 6-3, bil-goal tal-avversarji jasal minn Alex Zuback.

Fit-tielet sessjoni, it-team Malti aċċerta mir-rebħa meta rebaħha bl-iskor ta’ 3-1 għal skor parzjali ta’ 9-5, bl-iskorers ikunu Jayden Cutajar, Jayden Cassar u Elijah Schembri filwaqt li Lukas Cebo naqqas il-marġni għat-team tiegħu. 

Fl-aħħar sessjoni, il-Maltin komplew iżidu l-vantaġġ meta ħareġ rebbieħ 3-0 għal skor finali ta’ 12-5. Inċidentalment l-iskorers kienu kollha li skorjaw fis-sessjoni preċedenti – Cutajar, Schembri u Cassar …. biex Cutajar skorja f’kull sessjoni. 

Il-Ħadd, it-team Malti jtemm l-impenji tiegħu kontra l-Britannja liema partita tintlagħab fil-11.30 am. 

Malta: Zack Dzanovic, Sam Engerer, Julian Valletta, Gabriel, Bonavia, Jayde Cassar (2), Dean Bugeja, Zak Cutajar Licari, Jayden Cutajar (6), Elijah Schembri (3), Julian Chircop, Luigi Dimech (1), Isaac Schembri

Slovakkja: David Szitas, David Szliva, Alex Zubcak (1), Lukas Cebo (3), Matviy Dnistryan (1), Marek Valko, Nicolas Da Silva, Peter Bezuch, Daniel Luc, Peter Bodoki, Tomas Cifra, Villiam Lampart, Marko Seprak

Referees: Gregory Courbin (Franza), Ralf Mller (Ġermanja)

Ekonomija

Sport