Tuesday, November 17, 2026
Home Sport Wayne Rooney jistqarr li kien qed jaħseb fis-suwiċidju fl-aktar perjodu diffiċli ta’...

Wayne Rooney jistqarr li kien qed jaħseb fis-suwiċidju fl-aktar perjodu diffiċli ta’ ħajtu

0
40

L-eks captain tal-Ingilterra Wayne Rooney żvela li kien wasal f’punt fejn ikkunsidra li jneħħi ħajtu waqt wieħed mill-aktar perjodi diffiċli tiegħu, minkejja s-suċċessi li kien kiseb fil-football.

Waqt intervista f’podcast, Rooney spjega li kien jgħaddi jumejn jixrob waħdu fid-dar u kien jevita kull kuntatt ma’ nies oħra. Huwa ammetta li kien qed isibha diffiċli jiffaċċja l-problemi personali tiegħu u beża’ jitlob l-għajnuna.

L-eks attakkant ta’ Manchester United faħħar lil martu Coleen għall-appoġġ kontinwu tagħha, u qal li l-għajnuna tagħha kienet kruċjali biex jegħleb dak il-perjodu diffiċli.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here