Friday, October 25, 2024

Weightlifters Maltin b’wirjiet mill-aqwa ġewwa Londra

Aqra wkoll

Tenishia Thornton (18) kisbet l-ewwel post b’total ta’ 187kg, segwita minn Kim Camilleri Lagana (15) b’134kg. Iż-żewġ atleti urew ħila kbira kontra bosta avversarji.

Rylee Borg (17-il sena) kiseb ukoll l-ewwel post, kif ukoll stabilixxa bosta rekords nazzjonali Maltin fl-open tal-irġiel, u refa’ t-total ta’ 250kg fil-kategorija 89kg.

Aaliyah Gatt (15) b’wirja impressjonati, spiċċat fit-tieni post b’total ta’ 136kg, Ir-refgħat ta’ Gatt kienu kollha rekords personali.

Grazzi kbira lil SportMalta u lill-Kumitat Olimpiku Malti għall-appoġġ tagħhom.

Issa jkun baqa’ l-aħħar kompetizzjoni tas-sena li se tkun il-Kampjonati Nazzjonali.

Sport