Wednesday, March 27, 2024

Weightlifting: Aktar rekords nazzjonali minn Camilleri Lagana u Thornton

Aqra wkoll

Fi tmiem il-ġimgħa l-gћaqda Maltija tal-weightlifting ikompetiet bħala mistiedna ġewwa Franza permezz ta’ Tenisha Thornton u Kim Camilleri Lagana.

L-ewwel fuq il-pjattaforma, Kim Camilleri Lagana kisbet riżultati mill-aqwa, fetħet is-Snatch bi ta’ 53kg u kompliet it-tentattivi ta’ wara f’55kg u 57kg. Il-ftuħ tal-Clean & Jerk kien ta’ 70kg u kompliet iżżid sa 72kg.  Hija falliet  bi ftit it-tielet tentattiv tagħha ta’ 74kg waqt  il-Jerk. Hija rnexxielha tistabbilixxi 20 rekord nazzjonali fil-kategorija tal-45kg b’57kg Snatch, 72kg C&J u żewġ totali ta’ 127kg u 129kg f’ħames gruppi ta’ etajiet differenti, U15, U17, U20, U23 u tal-kbar

Riżultat impressjonanti ieħor wasal minn Tenishia Thornton li bdiet is-Snatch f’81kg u b’suċċess kompliet iżżid gћal 83kg u 85kg. Fil-ftuħ tal-Clean & Jerk kien ta’ 101kg, sfortunatament tilfet il-Jerk tat-tieni tentattiv tagħha ta’ 104kg iżda dan ma waqqafx lil Thornton biex tiżgura t-tilet tentattiv tagħha f’106kg. Hija rnexxielha tistabbilixxi 6 rekords nazzjonali fil-kategorija ta’ 64kg b’106kg C&J u total ta’ 191kg fi tliet gruppi ta’ etajiet differenti, U20, U23 u tal-kbar.

Din il-kompetizzjoni kienet importanti ħafna għaż-żewġ atleti, issa li jinsabu qrib il-kompetizzjonijiet tagħhom ta’ livell għoli.

Kim Camilleri Lagana se tikkompeti fil-Kampjonati Dinji taż-Żgħażagħ tal-IWF f’Durres Albanija fis-26 ta’ Marzu. Min-naħa ta’  Tenishia Thornton, din se tikkompeti fil-kampjonati tal-Kbar tal-EWF (avveniment ta’ kwalifikazzjoni Olimpika)  ġewwa Yerevan, l-Armenja, fis-17 ta’ April.

Dawn il-kompetizzjonijiet ma jkunux possibbli mingħajr l-appoġġ kontinwu tal-Kumitat Olimpiku Malti u SportMalta.

Ekonomija

Sport