Wednesday, April 24, 2024

“Li tappella għall-effiċjenza mhux attakk fuq l-indipendenza”

Il-Ministru Jonathan Attard

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

“Għall-Oppożizzjoni li l-Prim Ministru jagħmel appell ġenwin biex inkjesta f’każ serju tingħata prijorità huwa kumment odjuż fil-konfront tal-Imħallfin u l-Maġistrati. Jekk xejn il-pożizzjoni tal-Oppożizzjoni f’dan ir-rigward tikkonferma l-faqar ta’ ħsieb li għandhom fuq is-saltna tad-dritt.” Qal dan il-Ministru għall-Ġustizzja Jonathan Attard f’diskors li għamel fil-Parlament b’rabta mal-Abbozz ta’ Liġi li jimplimenta l-miżuri tal-estimi. 

Dr Attard qal li kif jiġri anke f’ġurisdizzjonijiet oħra, huwa imperattiv li l-Gvern jappella għal effiċjenza, attenzjoni u speditezza fl-inkjesti u fil-proċessi ġudizzjarji, inkluż dwar każijiet speċifiċi speċjalment jekk dawn ikunu ta’ interess pubbliku. Huwa saħaq li dawn l-appelli bl-ebda mod m’għandhom ikunu interpretati bħala attakk fuq il-ġudikatura jew l-indipendenza tagħha.

“Li tappella għall-effiċjenza mhux attakk fuq l-indipendenza. Is-sistema tac-checks and balances bejn il-pilastri tad-demokrazija, mhumiex one-way,” sostna l-Ministru tal-Ġustizzja filwaqt li semma kif sal-ġimgħa li għaddiet stess ingħatat deċiżjoni, f’kawża kostituzzjonali fuq dewmien, fejn il-Qorti kellha kliem iebes fuq l-investiment li jsir mill-gvern u fuq l-avukati li jabbużaw minn nuqqasijiet ikkawżati mill-eżekuttiv.

Huwa qal li din is-sentenza ġiet irrappurtata ġustament fil-midja, li għandha wkoll dritt li tinforma lill-pubbliku dwar dak li jkun qed jiġri fil-qrati. “Donnu l-Prim Ministru biss ma jistax. Issa x’nagħmlu? Noħorġu ngħidu li l-Imħallef għadda kummenti odjużi fil-konfront tal-Gvern? Lanqas xejn. Aħna mhux biss għandna fiduċja fl-istituzzjonijiet ta’ pajjiżna, imma għandna wkoll rispett.

“Jekk kien hemm Gvern li ħadem bil-fatti biex isaħħaħ l-indipendenza tal-Ġudikatura, kien Gvern Laburista immexxi minn Robert Abela.”

Sport