Wednesday, April 24, 2024

Joseph Muscat jiċħad kull involviment fil-qtil ta’ DCG

Aqra wkoll

L-eks Prim Ministru Joseph Muscat ċaħad li kellu xi tip ta’ involviment fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia waqt xhieda fil-kawża ta’ libell li fetaħ kontra l-avukat Christian Grima. 

Grima kien kiteb li l-eks Prim Ministru Joseph Muscat kien “sploda” lil Daphne Caruana Galizia b’reazzjoni għal filmat li fih il-mara tal-istess Muscat kienet qiegħda titkellem dwar il-qtil ta’ Galizia.

Muscat dakinhar kien qal li filwaqt li ma jemminx fil-libelli, hemm linja li meta tinqabeż wieħed ma jistax ma jagħmel xejn.

Min-naħa tiegħu l-avukat Grima irrimarka li kien hemm eluf ta’ persuni li għajruh assassin, b’Muscat jirreaġixxi li ma kien hemm ħadd li qal u kiteb li hu kien involut fil-qtil, lanqas fl-inkjesta pubblika.

Fix-xhieda tiegħu Muscat ġie mistoqsi fuq diversi persuni u affarjiet imsemmija fl-investigazzjonijiet b’rabta mal-qtil ta’ Caruana Galizia inkluż fuq il-maħfra presidenzjali ta’ Melvin Theuma, l-allegat pjan tal-2014 li tinqatel u li warajh allegatament kien hemm l-eks Ministru Chris Cardona, l-involviment tal-FBI u l-allegat involviment tal-eks Chief of Staff Keith Schembri. 

Il-każ ikompli jinstema’ f’Mejju li ġej. 

Sport