West Ham United kienu ‘interessati serjament’ li jiffirmaw lill-attakkant ta’ Benfica, Darwin Nunez, matul it-tieqa tat-trasferimenti ta’ Jannar.
Iż-żagħżugħ ta’ 22 sena kien f’forma impressjonanti għall-club Portugiż tiegħu matul l-istaġun 2021-22, fejn skorja 20 goal f’25 dehra fil-kompetizzjonijiet kollha, inklużi 15-il goal f’16-il ħarġa fil-kampjonat.
Huwa mifhum li West Ham għamlu offerta ta’ €48m għall-attakkant fl-aħħar stadji tat-tieqa tat-trasferimenti ta’ Jannar, iżda Benfica nformaw lill-Hammers li huwa tabilħaqq ma kienx għall-bejgħ.
Jidher li ‘ħafna clubs’ iridu jiffirmaw lil Nunez dan is-sajf, li jfisser li t-team ta’ David Moyes se jkun qed jiffaċċja kompetizzjoni intensa għall-firma tiegħu jekk jagħmlu mossa oħra.
L-internazzjonali Urugwajan, li għad fadallu tliet snin u nofs fil-kuntratt attwali tiegħu, skorja 34 goal u rreġistra 14-il assist f’69 dehra għal Benfica.
Minkejja li kienu marbuta ma’ numru ta’ players matul ix-xahar, il-Hammers naqsu milli jagħmlu akkwist maġġuri matul it-tieqa tat-trasferimenti ta’ Jannar.