Wednesday, April 24, 2024

West Ham ingħaqdu ma’ Manchester United għal Christian Eriksen

Aqra wkoll

West Ham United ingħaqdu ma’ Manchester United u ma’ għadd ta’ clubs oħra fit-tellieqa biex jiffirmaw lil Christian Eriksen dan is-sajf.

L-interess fil-playmaker ta’ 30 sena huwa kbir hekk kif huwa mifhum li informa lill-club attwali tiegħu Brentford li beħsiebu jħallihom meta jiskadi l-kuntratt fit-30 ta’ Ġunju.

Huwa mifhum li l-Hammers, Manchester United, Brentford, Everton, Leicester City u Ajax ilkoll għamlu offerti biex jiffirmaw lil Eriksen dan is-sajf, għalkemm rapport separat isostni li d-Daniż irrifjuta li jingħaqad mar-Red Devils.

Sport