Manchester City xeħtu l-interess tagħhom fuq il-midfielder internazzjonali Brażiljan, Lucas Paqueta.
Il-klawsola ta’ rilaxx tiegħu mhijiex valida dan is-sajf. Il-klawżola tiswa £85 miljun u tkun valida biss minn Ġunju 2024.
Min-naħa tiegħu, Paqueta jixtieq jissieħeb maċ-champions Ingliżi iżda West Ham m’għandhom l-ebda intenzjoni li jaċċettaw ħlas ta’ £70 miljun diskuss din il-ġimgħa.
Il-Hammers xorta waħda qed jinsistu li jirċievu £85 miljun għas-servizzi ta’ dan il-player ta’ 25 sena.