Friday, July 31, 2026
Home Sport West Ham United mistennija jagħmlu offerta għal Jesse Lingard

West Ham United mistennija jagħmlu offerta għal Jesse Lingard

0
665

West Ham United mistennija jagħmlu offerta għal Jesse Lingard ta’ Manchester United.

Wara li għamel 232 dehra mar-Red Devils, Lingard se jħalli Old Trafford fi tmiem ix-xahar id-dieħel wara t-tmiem tal-kuntratt tiegħu.

Bil-player ta’ 29 sena se jsir disponibbli, West Ham mistennija jagħmlu offerta lil Lingard biex iġibuh lura mal-club għat-tieni perjodu wara perjodu ta’ self fl-istaġun 2020-21.