Monday, May 13, 2024

WHO: Miżuri wżati għall-varjant Delta għandhom ikunu effettivi wkoll għall-Omicron

Carmen Cachia
Carmen Cachia
Ġurnalista

Aqra wkoll

Uffiċjali tal-Għaqda Dinjija tas-Saħħa (WHO) ħabbru li l-miżuri u r-restrizzjonijiet li ġew imħaddna biex tkun ikkontrollata l-imxija tal-varjant tal-Covid-19, Delta, għandhom ikunu tajbin ukoll biex jikkontrollaw lill-varjant il-ġdid, Omicron. Fl-istess ħin id-WHO ammettiet ukoll li r-restrizzjonijiet fl-ivjaġġar, għalkemm hemm min ma jaqbilx magħhom, se jgħinu biex il-varjant ma jinxteridx ħafna sakemm jiskbu aktar informazzjoni.

Għadd ta’ pajjiżi rrapportaw każijiet ġodda tal-varjant Omicron fosthom l-Indja. “AP News” irrapportat li s’issa l-każijiet tal-varjant ġdid barra l-Afrika t’Isfel għadhom pjuttost baxxi però fl-Afrika hemm żieda qawwija tant li huwa mistenni li dan il-varjant jista’ jsir il-verżjoni dominanti f’dan il-kontinent.

Għad hemm ħafna mistoqsijiet dwar il-varjant Omicron fosthom jekk jinxteridx aktar faċilment kif l-awtoritajiet tas-saħħa qegħdin jissuspettaw; jekk imarradx aktar serjament lil dawk milquta; kif ukoll jekk huwiex kapaċi “jiskappa” t-tilqim preżenti.

Dott. Takeshi Kasai, id-Direttur Ġenerali tad-WHO fil-Paċifiku tal-Punent, qal li, “il-kontrolli fil-konfini jistgħu jxejnu lill-virus milli jidħol fil-pajjiżi u jagħtina aktar żmien biex nistudjawh. Aħbar tajba hija li mit-tagħrif li għandna bħalissa hemm indikazzjonijiet li m’hemmx bżonn ta’ bidla fil-prevenzjonijiet li diġà qegħdin nieħdu”.

Sport