Saturday, December 21, 2024

Wieħed mill-ikbar banek Franċiżi ħabbar li se jieqaf jopera fir-Russja

Aqra wkoll

Hekk kif il-gwerra Russo-Ukrajna għadha għaddejja ġmielha, wieħed mill-ikbar banek Franċiżi qed iħabrek biex iwaqqaf l-attivitajiet bankarji tiegħu fir-Russja.

Apparti li se jkun qed iwaqqaf dawn l-attivitajiet bankarji, il-bank Franċiż Société Générale ddikjara li se jkun qed ibigħ s-sehem li għandu mill-bank Russu Rosbank.

Fi stqarrija ngħad li dan se jkun qed iseħħ fil-ġimgħat li ġejjin, immedjatament wara li tingħata l-approvazzjoni meħtieġa mill-awtoritajiet regulatorji. 

Il-bank Société Générale qed jimxi fuq il-passi ta’ banek, negozji u ditti ta’ pajjiżi tal-Punent li qatgħu r-rabtiet tagħhom minn Moska bħala riżultat ta’ pressjoni li rċivew mill-pubbliku.

Ekonomija

Sport