Wednesday, April 24, 2024

Wieħed mill-immigranti salvati b’allegazzjonijiet li l-FAM għamlu sabutaġġ tad-dgħajsa li kienu fuqha

Aqra wkoll

Wieħed mill-immigranti li flimkien mas-70 immigrant ieħor kien jinsab abbord id-dgħajsa li minn fuqha ġew salvati mill-Forzi Armati ta’ Malta qed jallega li uffiċjali li kien abbord il-P52 għamel sabutaġġ lill-magna tal-istess dgħajsa li fuqha kien hemm l-immigranti u ħalliha tinġarr mal-kurrenti bejn sema u ilma. L-immigrant għamel dawn l-allegazzjonijiet f’sejħa għall-għajnuna lill-organizzazzjoni umanitarja Alarm Phone.

L-allegazzjonijiet, li kienu rapportati mill-midja internazzjonali fosthom min-New York Times, jgħidu li l-Forzi Armati ta’ Malta kienet se tagħmel ħsara ta’ tip elettrika lill-magna. “Ma jridu li ħadd ma jmur Malta – hekk qed jgħidu,” jinstema’ jgħid l-immigrant fit-telefonata għall-għajnuna lil Alarm Phone.

Id-dgħajsa telqet bl-immigranti mil-Libja ħamest ijiem ilu. Jum qabel, l-istess immigranti kienu għamlu kuntatt ma’ Alarm Phone permess ta’ telefon satellitari provdut minnhom mit-traffikanti tal-immigranti u kienu allegaw li patrol boat oħra tal-FAM – il-P51 – kienet avviċinathom iżda ġew injorati.

Intant il-Gvern Malti lbieraħ qal li filwaqt li l-immigranti ġew salvati, kaġun tal-pandemija tal-coronavirus, ma tistax tibqa’ tiggarantixxi s-salvataġġ ta’ immigranti.

Sport