Thursday, March 28, 2024

Il-vittmi tal-Covid-19 madwar id-dinja joqorbu s-96,000, iżda hemm xaqq ta’ tama li l-agħar issa għadda

Aqra wkoll

Ġurnata oħra orribbli fil-pandemija tal-Covid-19 rat in-numru tal-imwiet toqrob lejn is-96,000 vittma madwar id-dinja kollha. Madankollu hemm l-ewwel xaqq ta’ tama li l-kriżi tal-pandemija laħqet il-quċċata tagħhaa fl-Istati Uniti u l-Ewropa.

Ir-riperkussjonijiet ekonomiċi tal-pandemija wkoll dejjem aktar qed joħorġu fiċ-ċar bil-Fond Monetarju Internazzjonali jwissi dwar riċessjoni sinjifikanti, bi statistika turi li mas-17-il miljun ħaddiem Amerikan diġà tilef l-impjieg tiegħu. Fl-istess waqt pakket ta’ għajnuna maqbul mill-istati membri tal-Unjoni Ewropea mistenni li jtaffi r-riperkussjonijiet fil-kontinent Ewropew.

Intant 1,700 persuna oħra mietu lbieraħ fl-Istati Uniti, bin-numru tal-vittmi fl-Ewropa jammontaw fl-eluf.

Kważi nofs l-imwiet ikkaġunati mill-Covid-19 ġraw matul din l-aħħar ġimgħa.

Kważi nofs l-imwiet ikkaġunati mill-Covid-19 ġraw matul din l-aħħar ġimgħa.

Fl-istess waqt l-awtoritajiet tas-saħħa Ewropej u dawk Amerikani qed jisħqu li tnaqqis żgħir fin-numru totali tal-imwiet u l-infezzjonijiet ġodda jipprovdi tama l-agħar tal-pandemija issa jaf għaddiet.

Fi Spanja, il-Prim Ministru Pedro Sanchez qal li s-sitwazzjoni issa qed tibda tiġi taħt kontroll, hekk kif in-numru ta’ mwiet niżlu minn 757 fatalità nhar l-Erbgħa, għas-683 każ tal-bieraħ.

L-Istati Uniti wkoll irreġistrat tnaqqis fin-numru ta’ mwiet ilbieraħ (1,783 każ) meta mqabbel mal-jum preċedenti (1,973).

L-Istati Uniti s’issa kkonfermat 16,500 imwiet, it-tieni l-ogħla madwar id-dinja wara l-Italja. Dan filwaqt li rreġistrat 460,000 każ ta’ persuni infettati bil-covid-19.

Ekonomija

Sport