Tuesday, May 14, 2024

Will Smith jirriżenja mill-Akkademja tal-Oscars wara d-daqqa ta’ ħarta lil Chris Rock

Aqra wkoll

L-attur Amerikan Will Smith irriżenja mill-Akkademja tal-Oscars wara li ta daqqa ta’ ħarta lil Chris Rock fuq il-palk waqt iċ-ċerimonja tal-Ħadd li għadda.

“L-azzjonijiet tiegħi fil-preżentazzjoni tal-Academy Awards kienu xokkanti,” qal fid-dikjarazzjoni.

L-Akkademja qalet li aċċettat ir-riżenja u se “tkompli timxi ‘l quddiem” bi proċeduri dixxiplinarji.

Smith ta daqqa ta’ ħarta lil Rock wara li dan tal-aħħar għadda ċajta fuq Jada Pinkett Smith, li hija mart Will. Iċ-ċajta kienet tittratta l-istil ġdid ta’ xagħar li Jada kienet kostretta tagħmel minħabba l-kundizzjoni medika magħrufa bħala alopecia. 

Inqas minn siegħa wara, ingħata l-premju tal-aqwa attur għar-rwol tiegħu f’“King Richard”.

“Il-lista ta’ dawk li weġġajt hija twila u tinkludi lil Chris, il-familja tiegħu, ħafna mill-għeżież ħbieb u l-maħbubin tiegħi, dawk kollha li attendew, u udjenzi globali,” qal Smith nhar il-Ġimgħa.

“Ittradejt il-fiduċja tal-Akkademja. Ċaħħadt lin-nominati u rebbieħa oħra mill-opportunità tagħhom li jiċċelebraw. Ninsab b’qalbi maqsuma.”

Sport