Il-gowlkiper veteran Arġentin Willy Caballero iddeċieda li jdendel l-ingwanti darba għal dejjem. Dan ħabbru ftit tas-sigħat ilu wara li fl-aħħar staġun tiegħu kien parti mill-iskwadra ta’ Southampton li sfortunatament safa’ relegat għal The Championship.
Sadanittant, Caballero ta’ 41 sena se jkun qed jassisti lill-kowċ Enzo Maresca ma’ Leicester City hekk kif ingħata dan ir-rwol ftit tal-jiem ilu.
Caballero lagħab ma’ Manchester City u Chelsea kif ukoll rrappreżenta lil pajjiżu għal numru ta’ drabi.