L-Amerikana Serena Williams, li rebħet il-Grand Slam ta’ Wimbledon seba’ darbiet, sfat eliminati b’mod sorprendenti mill-Franċiża, Harmony Tan.
Hija għamlet l-ewwel dehra tagħha wara nuqqas ta’ sena wara li 12-il xahar ilu kienet sofriet injury fil-hamstring u għaldaqstant kellha tirtira.
Peró, kontra l-Franċiża kienet ferm ‘il bogħod mill-forma solita tagħha fejn ikkommettiet ukoll bosta żbalji elementari.
Hija kellha tbaxxi rasha meta tilfet 2-1 – 7-5 1-6 7-6 (10-7), bl-aħħar set ikun b’tie break liema logħba ħadet tliet sigħat u 10 minuti.