Friday, May 3, 2024

Wimbledon: Il-favoriti Nadal u Swiatek jibdew fuq nota pożittiva

Aqra wkoll

Ir-rebbieħ tal-Australian Open u tal-French Open ta’ din is-sena, l-Ispanjol Rafael Nadal, kif ukoll il-Pollakka Iga Swiatek, bdew fuq nota pożittiva meta lbieraħ intlagħbet it-tieni ġurnata tat-tournament ta’ Wimbledon.

Nadal kellu jaħdem iktar milli kien mistenni meta ħa tliet siegħat u 33 minuta biex għeleb lill-Arġentin, Francisco Cerundolo, f’erba’ sets, 6-4, 3-6, 6-3, 6-4. B’hekk huwa sar il-ħames player li rebaħ l-ewwel 15-il-logħba tal-Grand Slam fi staġun wieħed. 

Il-Britanniku Andy Murray żamm ir-rekord li qatt ma tilef fl-ewwel round f’Wimbledon b’reb­ħa inkoraġġanti kontra l-Awstraljan James Duckworth bl-ex numru wieħed tad-dinja, illum fit-52 post fir-rankings, rebaħ 4-6 6-3 6-2 6-4 taħt id-dawl artifiċjali tas-Centre Court nhar it-Tnejn filgħaxija.

L-Awstraljan Reilly Opelka ħa tliet sets ukoll biex elimina lill-Ispanjol, Carlos Taberner 7-6 (7-5) 6-4 6-4 bl-Isvediż Mikail Ymer jegħleb lill-Ġermaniż, Daniel Altmair 6-3 7-5 7-5  

Iga Swiatek kabbret is-sensiela ta’ rebħ tagħha għar-rekord ta’ 36 partita b’rebħa b’sets dritti fuq il-kwalifikata Jana Fett.

In-numru wieħed tad-dinja, li qabeż ir-rekord ta’ Venus Williams għall-itwal sensiela minn player femminili fis-seklu 21, għeleb lill-Kroata, 6-0 6-3.

Swiatek, fl-ewwel partita tagħha mir-rebħa tagħha tal-French Open, ma kinitx fl-aqwa tagħha f’kundizzjonijiet ta’ riħ qawwi fuq is-Center Court.

Swiatek kienet ġiet magħżula biex tiftaħ proċeduri fuq is-Centre Court nhar it-Tlieta, unur mogħti liċ-champion renjanti tan-nisa, iżda mgħoddi lill-Pollakka minħabba li l-Awstraljana Ashleigh Barty rtirat aktar kmieni din is-sena.

Id-darbtejn champion tal-Grand Slam din is-sena ddominat it-Tour tal-WTA u qed timmira li tirbaħ is-seba’ tournament tagħha konsekuttiv.

Sadanittant, iċ-champion tal-2019, Simona Halep – li għamlet l-ewwel dehra tagħha f’Wimbledon minn dak it-tournament – għaddiet minn dak li deher l-ewwel round delikat, u għelbet liċ-Ċeka, Karolina Muchova, 6-3 6-2. Is-16-il seed jmiss li tilgħab kontra Kirsten Flipkens.

Ir-raba’ seed, l-Ispanjola Paula Badosa, kellha bżonn biss 56 minuta biex tilħaq it-tieni round billi għelbet lill-Amerikana Louisa Chi­rico 6-2 6-1.

Il-ħames seed Griega, Maria Sakkari, kompliet tagħmel progress b’rebħa ta’ 6-1 6-4 fuq il-kwalifikata Awstraljana, Zoe Hives. Hija se tiffaċċja lill-Bulgara Viktoriya Tomova fir-round li jmiss.

L-Amerikana Coco Gauff ta’ 18-il sena, li laħqet l-ewwel finali tagħha ta’ Grand Slam fil-French Open aktar kmieni dan ix-xahar, kellha tiġi minn wara fir-rebħa ta’ 2-6 6-3 7-5 fuq ir-Rumena Elena-Gabriela Ruse.

It-12-il seed, il-Latvjana Jelena Ostapenko, avvanza wkoll billi għelbet lil Oceane Dodin, biċ-champion tal-French Open 2017, li waslet sas-semi-finali ta’ Wimbledon fl-2018, kisbet rebħa ta’ 6-4 6-4 fuq il-Franċiża.

Sport