Wednesday, March 27, 2024

Zebbug Rangers jiffirmaw lid-difensur Brażiljan, Leandro Almeida da Silva

Aqra wkoll

Zebbug Rangers ffirmaw lid-difensur Brażiljan, Leandro Almeida da Silva.

Il-player ta’ 35 sena Leandro Almeida ingħaqad mingħand Hibernians fejn qatta’ dawn l-aħħar sentejn. Huwa beda l-karriera tiegħu ma’ Atletico Mineiro iżda fl-2009 ingħaqad ma’ Dynamo Kyiv fl-Ukrajna fejn qatta’ tliet snin u nofs. Huwa mar lura l-Brażil fl-2013, lagħab għal Coritiba, Palmeiras, Internacional, Figueirense, Londrina, Parana u Guarani.

Ir-Rangers li kkonfermaw lil Brian Spiteri bħala l-coach tagħhom kienu aktar kmieni ffirmaw lill-goalkeeper Miguel Chetcuti mingħand Pieta’ Hotspurs waqt li estendew il-kuntratti ta’ numru ta’ players li ffurmaw parti mill-iskwadra tagħhom fl-istaġun li għadda, jiġifieri Jamie Azzopardi, Glen Mifsud, Kurt Bondin, Randall Vella, Stanimir Miloskovic, Ayrton Mizzi, Travis Bartolo u Yanis Tonna.

Ekonomija

Sport