Wednesday, April 24, 2024

Marsaxlokk jiksbu s-servizzi ta’ Daniel Agius b’self mingħand Floriana

Aqra wkoll

Marsaxlokk kisbu s-servizzi ta’ Daniel Agius b’self mingħand Floriana FC għal sena.

Agius beda l-karriera tiegħu fin-nursery ta’ St. Andrews iżda minn età żgħira ngħaqad mal-Floriana. Kellu perjodi b’self ma’ Naxxar Lions fl-istaġuni 2011/12 u 2012/13, Sirens fl-aħħar parti tal-istaġun 2016/17 u l-istaġun 2017/18 u Santa Luċija fl-istaġun 2019/20.

Ix-Xlukkjari qabel kienu ffirmaw lil Tiago Adan Fonseca, Alfred Effiong, Edafe Christopher Uzeh, Timothy Tabone Desira, Leandro Aguirre, Conor Borg, Dale Mifsud u Ryan Tonna.

Sport