Wirja qalbiena ma kinixt biżżejjed għat-team nazzjonali ta’ taħt id-19-il sena tal-waterpolo hekk kif fil-Kampjonati Ewropej li qed isiru f’Podgorica fil-Montenegro gie megħlub mill-Olanda bl-iskor strett ta’ 8-7.
Il-Maltin rebħu l-ewwel sessjoni bl-iskor ta’ 4-2, tilfu t-tieni u t-tielet waħda bl-iskor ta’ 3-1 u 2-1 rispettivament, waqt li l-aħħar sessjoni ntemmet fi draw ta’ 1-1.
Għall-Maltin spikka ferm Matthew Mifsud li rreġistra hat-trick personali, bil-goals l-oħra jaslu, tnejn minn Alec Fenech u wieħed kull wieħed għal Sam Gialanze u Jayden Cutajar.