Monday, November 4, 2024

Wirjiet impressjonanti mill-Malta Weightlifting Team fil-Kampjonati tad-Dinja tal-Juniors tal-IWF

Aqra wkoll

It-tim Malti tal-weightlifting kompost minn Tenishia Thornton, Rylee Borg u Kim Camilleri Lagana temm il-Kampjonati tad-Dinja tal-Juniors tal-IWF f’Guadalajara Messiku fuq nota pożittiva.

Kim Camilleri Lagana kellha prestazzjoni tajba fil-kategorija 45A refgħet 58kg Snatch u 75kg C&J u spiċċat fl-10 pożizzjoni.

Tenishia Thornton kellha bidu qawwi ħafna fil-kategorija 64B. Fl-Isnatch reġgħet refgħet 82kg, għaddiet għal 85kg u għalqet b’suċċess b’87kg li poġġewha fit-tielet post. Thornton kisret ukoll ir-rekords Nazzjonali ta’ Malta taż-żgħar u tal-kbar. Fil-Clean & Jerk bdiet kunfidenti b’102kg, iżda tilfet il-105kg minħabba press out fuq minkeb tax-xellug. Din il-kompetizzjoni kienet importanti ħafna għal Thornton peressli qed tilħaq il-quċċata għall-avveniment ta’ kwalifikazzjoni Olimpika f’Doha f’inqas minn tliet ġimgħat oħra.

L-aħħar atleta Malti f’dawn il-kampjonati, kategorija 81B kien Rylee Borg. Kellu prestazzjoni stellari. Borg fetaħ b’refgħa ta’ 108kg, tilef il-111kg biex refa’ b’suċċess 112kg. Fil-Clean & Jerk fetaħ b’135kg u mexa għal 139kg. Kellu sfida tajba mill-atleta tal-Kroazja iżda finalment Borg kellu rebħa tajba billi refa’ b’suċċess 142kg. F’din il-kompetizzjoni Borg kellu l-aħjar riżultat personali overall bi 8kg u kiser ir-rekords nazzjonali kollha fil-Youth u Juniors ta’ 81kg.

It-tim kien taħt il-gwida tal-kowċ, Jesmond Caruana.

Dawn il-kompetizzjonijiet ma jistgħux ikunu possibbli mingħajr l-appoġġ kontinwu tal-MOC, SportMalta, IWF, u EWF.

Sport