Monday, May 5, 2025

Wirjiet tajbin mit-tim Malti tal-Weightlifting fil-Kampjonati Dinjija tal-IWF Youth u Junior f’Lima

Aqra wkoll

Wirjiet tajbin ħafna mit-tim Malti tal-Weightlifting fil-Kampjonati Dinjija tal-IWF Youth u Junior f’Lima

It-Tim Malti ta’ weightlifting wera prestazzjoni eċċellenti waqt il-Kampjonati Dinjija tal-IWF għall-Youth u Junior li saru f’Lima, il-Perù, b’tliet atleti li wrew determinazzjoni,  fuq livell internazzjonali.

L-ewwel li rrappreżentat lil Malta kienet Kim Camilleri Lagana, fil-Kategorija 55kg Grupp B. Kim fetħet b’Snatch b’saħħtu ta’ 71kg. Għalkemm kellha ppjanat li tipprova 73kg, ma setgħetx tkompli minħabba injury  li għadha qed tirkupra minnhu. Fil-Clean & Jerk, Kim fetħet b’90kg iżda naqset fil-Jerk. Għalhekk kienet imġiegħla tagħmel żieda fil-piż għaliex kienet meħtieġa biex tibqa’ kompetittiva, u rnexxielha tgħolli 91kg fit-tieni tentattiv. Filwaqt li ppruvat 95kg fl-aħħar lift tagħha, l-uġigħ ma ħalliehash tkompli. Minkejja ċ-ċirkostanzi diffiċli, Kim wriet kuraġġ u determinazzjoni, temmet fis-6 post fil-grupp u fost l-aqwa għaxar fid-dinja fil-kategorija tagħha.

Tenishia Thornton ikkompetiet fil-kategorija 64kg, waħda mill-aktar kompetittivi b’aktar minn 40 atleta. Hija fetħet b’snatch ta’ 89kg li rnexxielha, iżda naqset iż-żewġ tentattivi ta’ 91kg. Fil-clean & jerk, naqset l-ewwel tentattiv ta’ 109kg, iżda rnexxielha tgħollih fit-tieni. L-aħħar tentattiv tagħha ta’ 111kg ma rnexxiex, iżda l-prestazzjoni tagħha kienet biżżejjed biex tagħtiha t-3 post fil-Grupp B u pożizzjoni fost l-aqwa għaxra fid-dinja.

Rylee Borg, l-aħħar atleta li rrappreżenta lil Malta, ikkompetiet fil-kategorija 89kg. Wara li falla l-ewwel Snatch ta’ 122kg, irnexxielu fit-tieni tentattiv, u temm b’126kg fit-tielet. Fil-Clean & Jerk, falla l-ewwel tentattiv ta’ 155kg iżda reġa’ daħal b’saħħtu fit-tieni. B’kamp kompetittiv ħafna, kellu bżonn żieda ta’ 5kg biex jegħleb diversi atleti. Rylee laħaq l-isfida u għolla 160kg fl-aħħar tentattiv tiegħu—li mhux biss tah is-7 post fil grupp, iżda kien ukoll 4kg aktar mil-limitu nazzjonali preżenti.

Din il-kompetizzjoni saret possibbli bis-saħħa tal-għajnuna tal-Federazzjoni Internazzjonali tal-Weightlifting, il-Kumitat Olimpiku Malti u SportMalta.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport