Tuesday, July 14, 2026
Home Sport Wojciech Szczesny ma’ Al Nassr?

Wojciech Szczesny ma’ Al Nassr?

0
122

Hekk kif il-goalkeeper Taljan Michele de Gregorio jinsab viċin li jingħaqad ma’ Juventus, il-futur ta’ dak attwali Wojciech Szczesny jidher xi ftit imċajpar tant li qed jaħseb biex isib destinazzjoni ġdida.

Rapporti fil-ġurnali Taljani qed jgħidu li Al Nassr tal-Arabja Sawdija mistennija jmorru għalih minħabba li qed ifittxu element bejn il-lasti. B’hekk Szczesny kapaċi jingħaqad ma’ Cristiano Ronaldo wara xi żmien jilagħbu flimkien ma’ Juventus.

Fil-passat, il-goalkeeper Pollakk lagħab ukoll ma’ Roma u Arsenal.