Wednesday, July 24, 2024

“F’dawn l-aħħar snin il-Gvern ħadem u indirizza l-problemi li kien hemm fil-biċċerija”- Il-Ministru Refalo

Aqra wkoll

F’dawn l-aħħar snin, il-biċċerija marret ‘il quddiem għaliex l-Gvern, ra u ndirizza minnufih l-problema tal-biċċerija, dik li kienet ta’ piż kbir fuq il-pajjiż. Permezz tal-miżuri li qegħdin jittieħdu, qed jiġi pprovdut laħam frisk u tajjeb għall-konumatur.

Dan qalu l-Ministru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali Anton Refalo fil-Parlament, meta kien mistoqsi mill-membru Parlamentar Randolph De Battista dwar il-pjan li kien tħabbarbiex jitnaqqas l-iskart li għandu x’jaqsam mal-inċinerazzjoni.

Il-Ministru Refalo qal li bħal ma dejjem qal, se jkompli jgħid li l-Ministeru mmexxi minnu se jkompli jimxi paripassu mal-ambjent. Irrimarka li bl-inizjattivi illi ttieħdu, bdiet l-operazzjoni bil-pipe products u bis-secondary products.

Refalo qal ukoll; “Is-sena ligħaddiet rajna li ffrankajna mhux inqas minn 78 tunnellata illi kien imur għall-inċineratur. Din is-sena iċ-ċifra se tkun iktar għax qed nimxu bi pjan ħolistiku, fejn qegħdin naraw li kemm jista jkun, li l-prodott kollu tal-annimal jiġi użat għax wara kollox, dawn huma prodottli lokali Maltin.

Ekonomija

Sport