Wednesday, July 24, 2024

Pajjiżna fl-aħħar snin esperjenza rivoluzzjoni fil-qasam tax-xogħol

Aqra wkoll

“Pajjiżna fl-aħħar snin esperjenza rivoluzzjoni fil-qasam tax-xogħol. Saret ħidma f’dan is-settur, bil-ħsieb illi f’Malta jkun hawn iktar opportunitajiet ta’ xoghol u impjiegi u ħaddiemi ta’ kwalitá”.

Dan iddikjarah il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u x-Xogħol Byron Camilleri fil-Parlament, fejn kompla jisħaq li pajjiżna ħa triq li jinvesti lil ħaddiema, li jħarreġ u li jagħti diversi opportunitajiet differenti.

Il-Ministru Camlleri spjega li matul dawn is-snin, l-ekonomija Maltija baqgħet tissaħħaħ u tikber b’rata b’saħħitha. B’referenza għas-sena li għaddiet, il-Ministru Camilleri irrimarka li pajjiżna irreġistra tkabbir ekonomiku.

Qal ukoll; “Is-sena l-oħra pajjiżna esperjenza tkabbir fl-impjiegi ta’ 18,000 impjieg ġdid li jfisser 6.7% ħolqien ta’ impjiegi ġodda. Is-suċċess tax-xoghol, ma nistgħux nitkellmu fuq l-impjieg innifsu, da grazzi għall-ħaddiema u l-kwalitá li joffru”.

Il-Minsitru tenna li sabiex wieħed jifhem fejn qegħdin illum, irid jagħti ħarsa lejn fejn konna fil-passat. Qal li fl-imgħoddi, Malta kienet fost il-pajjiżi b’rata baxxa ta’ nies jaħdmu. B’differenza, illum mhux talli hemm iktar nies jaħdmu, iżda pajjiżna qeed jaqbeż pajjiżi oħra

Ekonomija

Sport