Kienet ġurnata memorabbli għat-Team Malta fil-WPA Blackball World Championships li qed isiru fit-Thistle Hotel Heathrow f’Londra, hekk kif il-kontinġent Malti rebaħ tliet midalji tal-fidda.
Chaylon Castaldi kien protagonist fil-kompetizzjoni individwali ta’ taħt it-23 sena. Fis-semifinali għeleb lil Irfaan Williams tal-Afrika t’Isfel 5-3, qabel tilef finali mill-aktar bilanċjata 5-4 kontra l-Franċiż Leonardo Moreira.
Malta kisbet midalja tal-fidda oħra fid-Doubles ta’ taħt it-18-il sena permezz ta’ Jake Castaldi u Dielyn Edwards, li tilfu 4-3 kontra Willemse u Fink tal-Afrika t’Isfel. Fid-Doubles ta’ taħt it-23 sena, Chaylon Castaldi u Matthias Debono spiċċaw ukoll runners-up wara telfa 4-2 kontra Schneider u Couzigou ta’ Franza.
Fil-kategorija tat-timijiet, it-tim nazzjonali ta’ taħt it-23 sena għelbet lill-Ingilterra 9-6, it-tim B għelbu lill-Awstralja 20-5, filwaqt li t-tim A għaddew għas-semifinali b’rebħa kbira ta’ 13-6 kontra l-Afrika t’Isfel.
IL-PROGRAMM TAL-LUM – L-ERBGĦA 28 TA’ OTTUBRU
11:00 (ħin ta’ Malta)
Irġiel B – Semifinali
Ingilterra B vs Malta B
11:00 (ħin ta’ Malta)
Taħt it-18-il sena – Semifinali
Malta U18 vs Afrika t’Isfel U18
11:00 (ħin ta’ Malta)
Taħt it-23 sena – Semifinali
Afrika t’Isfel U23 vs Malta U23
13:30 (ħin ta’ Malta)
Irġiel A – Semifinali
Ingilterra A vs Malta A




