Saturday, April 19, 2025

Xabi Alonso favorit li jieħu post Carlo Ancelotti ma’ Real Madrid

Aqra wkoll

Il-kowċ Spanjol Xabi Alonso huwa l-favorit li jieħu post Carlo Ancelotti bħala l-manager ta’ Real Madrid, speċjalment wara t-telfa umiljanti ta’ 5-1 fil-kwarti tal-finali tal-ġganti Spanjoli kontra Arsenal fiċ-Champions League.

Madankollu, xi gazzetti Ġermaniżi qed jirrappurtaw li Los Blancos se jkollhom iħallsu ċifra mhux daqstant irħisa lil Bayer Leverkusen sabiex jiffirmaw lil Alonso qabel jiskadi l-ftehim attwali tiegħu, validu sa Ġunju 2026.

Alonso għandu 43 sena u ilu jmexxi lil Bayer Leverkusen sa mis-sena 2022.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport