Thursday, December 26, 2024

Xabi Alonso se jibqa’ ma Bayer Leverkusen

Aqra wkoll

Il-coach Spanjol, Xabi Alonso, ħabbar li se jibqa’ ma’ Bayer Leverkusen għall-istaġun li ġej minkejja interess minn Liverpool u Bayern Munich.

Alonso kien il-favorit li jkun is-suċċessur ta’ Jurgen Klopp wara li f’Jannar li għadda kien ħabbar li se jħalli lill-club fi tmiem l-istaġun.

“Inħoss li dan huwa l-post it-tajjeb biex inkun coach żagħżugħ,” qal Alonso.

Leverkusen jinsabu viċin li jirbħu l-ewwel titlu tal-Bundesliga fl-istorja tal-club u huma l-uniku team li għandhom ma tilfux partita fil-kompetizzjonijiet kollha f’dan l-istaġun.

Alonso, l-ex midfielder ta’ Liverpool ta’ 42 sena, kien ukoll meqjus bħala kandidat biex jingħata t-tmexxija tat-team ta’ Bayern Munich, hekk kif il-coach tagħhom, Thomas Tuchel, ukoll se jitlaq lill-club f’Ġunju li ġej.

Alonso sostna li kien il-ġimgħa li għaddiet li huwa informa lid-diretturi ta’ Leverkusen bid-deċiżjoni tiegħu li jibqa’ għal staġun ieħor.

“Kien staġun li kellna ħafna spekulazzjonijiet dwar il-futur tiegħi,” żied jgħid.

“S’issa kellna ħafna partiti u konna pjuttost okkupati u ffukati, u ridt nirrifletti waqt il-waqfa internazzjonali biex nieħu deċiżjoni.”

Ekonomija

Sport