Friday, December 13, 2024

Xadina tisraq ġeru u żżommu ostaġġ

Anthea Cachia
Anthea Cachia
Ġurnalista

Aqra wkoll

Ġeru, li ilu f’din id-dinja 14-il ġurnata biss, ittieħed bħala ostaġġ minn xadina għal tliet ijiem sħaħ. Dan kollu seħħ f’Taman Lestari Putra, fil-Malasja, hekk kif Saru, il-ġeru, inħataf minn din ix-xadina fejn tegħlet bih fuq il-wires tad-dawl. Hekk kif ir-residenti inudnaw b’dak li kien ġara telqu kollox u ppruvaw iniżżluh. 

Rapporti jgħidu li din ix-xadina kienet waħda minn grupp ta’ xadini li dan l-aħħar kienu qiegħdin jisirqu l-ikel mid-djar. Jidher iżda li fl-aħħar jiem dawn il-grupp ta’ ħallelin kienu saħansitra qed jisirqu l-klieb u qtates wara numru ta’ rapporti mis-sidien.

Ix-xadina telqet lejn il-ġungla iżda reġgħet marret lura lejn ir-raħal, bil-ġeru f’idejha, biex tfittex l-ikel. Wara tlett ijiem jippruvaw ibeżżgħu lil dan l-annimal billi jitfgħu injam u ġebel lejn in-naħa tagħha, fl-aħħar telqitu u  r-residenti  rnexxielhom jieħdu l-saru lura. 

Raġel tal-lokal saħaq li għalkemm il-kelb kien jidher għajjien, ix-xadina m’għamlitlu ebda ħsara u “bdiet tieħu ħsiebu qisu kien tarbija jew xi ħabib.”

Ekonomija

Sport