Saturday, April 27, 2024

TTD: L-FA Ungeriża mmultata għal imġieba diskriminatorja mill-partitarji kontra l-Ingilterra

Aqra wkoll

L-Ungerija ġiet ordnata mill-FIFA biex tilgħab żewġ logħbiet bil-bibien magħluqa wara li l-partitarji kienu nvoluti f’tgħajjir razzist kontra l-players Ingliżi, Raheem Sterling u Jude Bellingham,  fil-partita valida mir-round ta’ kwalifikazzjoni tat-Tazza tad-Dinja 2022, li ntlagħbet f’Budapest, fit-2 ta’ Settembru.

Barra minn hekk l-FA Ungeriża ġiet immultata €184,500.

“Il-FIFA tieħu pożizzjoni ċara ta‘ tolleranza żero kontra mġieba ta’ stmerrija bħal din fil-football,” qalet fi stqarrija.

Barra minn hekk, il-FIFA qalet ukoll li hija analizzat iċ-ċirkostanzi kollha u l-gravitá tal-inċidenti fejn saħansitra ntefgħu oġġetti mmirati lejn il-players Ingliżi.

F’Ġunju li għadda, il-UEFA kienet mmultat lill-FA Ungeriża €99,600 kif ukoll ordnat tliet partiti bil-bibien magħluqa għal imġieba diskriminatorja mill-partitarji tagħhom matul il-Euro 2020.

Sport