Saturday, October 5, 2024

Xaqq ta’ dawl fit-trattament tal-kanċer 

Aqra wkoll

Meta wieħed ikun qiegħed jiġġieled il-battalja kiefra mal-kanċer mhi xejn faċli, speċjalment meta din il-marda kiefra taħkem lit-tfal. Iżda l-avvanzi kontinwi li saru fix-xjenza medika, naqqsu bosta mill-effetti tal-marda fuq in-nies. Diversi xjentisti issa skoprew trattament ġdid li huwa inqas tossiku mill-kimoterapija. 

Dan it-tip ta’ trattament qiegħed diġa jingħata fl-Isptar ta’ Great Ormond Street f’Londra, li jilqa fih ukoll bosta pazjenti Maltin partikularment tfal, li jkunu  jintħtieġu kura speċjalizzata fl-Ingilterra. 

Fost dawk li ngħataw dan it-tip ta’ trattament, kien hemm pazjent ta’ 11-il sena, li kien qiegħed ibati minn kanċer fid-demm. Il-familjari tiegħu ddiskrivew dan  it-trattament bħala xaqq ta’ dawl, meta raw t-tbatija ta’ binhom kienet inqas mis-soltu 

Bosta esperti fil-qasam tas-saħħa qalu li dan it-trattament ġdid, magħruf bħala ‘Blinatumomab’, huwa liċenzjat sabiex jikkura lill-adulti kollha li għandhom kanċer. Huma qegħdin jittamaw li dawn ikunu jistgħu jgħinu wkoll lit-tfal kollha b’mod sigur. 

L-ispeċjalisti mediċi jemmnu li l-Blinatumomab tista’ tissostitwixxi madwar 80% tal-kimoterapija. Min-naħa tiegħu, il-Professur Ajay Vora qal li l-kimoterapiji jistgħu jagħmlu ħsara liċ-ċelloli normali u fisser li Blinatumomab bħala trattament aktar ġentili. 

Sport