Wednesday, July 24, 2024

Table-tennis: Top Spin TT Valletta Pay Andro jersqu viċin il-leaders

Aqra wkoll

Top Spin TT Valletta Pay Andro jinsabu biss erba’ punti bogħod mil-leaders HITT Academy WH Middle East fil-klassifika tal-Ewwel Diviżjoni tal-kampjonat tat-table tennis meta rebħu l-logħba tagħhom kontra HITT Academy Mosta Dome B & B 4-3. Ma kinitx logħba faċli għal Top Spin bl-avversarji tagħhom li dejjem baqgħu fil-logħba sal-aħħar.

Fit-tielet post hemm MITTC Butterfly li għelbu lil HITT Academy Tibhar 4-2 b’HITT Academy Home Trends li għelbu l-isfida iebsa li tawhom Mosta Gunners tant li rebħu 4-3.

Alpha Calleja Ltd iddominaw il-konfront kontra Top Spin TT Academy Valletta Pay Roxon tant li rebħu 5-1.

Fit-tieni diviżjoni, Alpha Alberta Group laħqu lil PBC Table Tennis Bluegrip wara li rebħu l-konfront dirett kontrihom 4-3.

Sadanittant dawn huma r-riżultati l-oħra li kien hemm tul din il-ġimgħa ta’ logħob:

It-Tieni Diviżjoni

PBC Table Tennis Bluefire – Alpha Flexxon 6-0

Topspin TT Academy Valletta Pay Fraser – Topspin TT Academy Valletta Pay Supercores 4-3

PBC Table Tennis Bluegrip – Alpha Alberta Group 3-4

HiTT Academy Legends – Topspin TT Academy Valletta Pay Novacell 5-1

HiTT Academy Evolution – HiTT Academy ITX 3-4

MITTC Butterfly Super Chak – HiTT Academy Valletta 4-2

It-Tielet Diviżjoni

HiTT Academy Knight – Alpha Codexx 4-2

Topspin TT Academy Valletta Pay Munro – HiTT Academy Sports Experience 0-6

HiTT Academy Masters – MITTC Butterfly Tenergy 4-2

Topspin TT Academy Omegaed – Alpha Sensus 0-6

Ir-Raba’ Diviżjoni – Grupp tal-Promozzjoni

Sharp Shot Academy Petrolea – Sharp Shot Academy Playmobil 1-5

Sharp Shot Academy XIOM- Sharp Shot Academy Flick 5-1

Alpha Youths – Alpha Firebolt 0-6

Topspin TT Academy Kanter – PBC Table Tennis Bluestorm 2-4

Ir-Raba’ Diviżjoni – Grupp ta’ Klassifikazzjoni

HiTT Academy Faraxa – MITTC Butterfly ZLC 3-4

Topspin TT Academy Beta – MITTC Butterfly Mizuno 4-2

Sharp Shot Academy Novus – HiTT Academy Midea 3-4

Alpha Nexxus – HiTT Academy Kyte Consultants 0-6

Ekonomija

Sport