Il-manager il-ġdid ta’ Barcelona Xavi jinsab ħerqan li jġib lill-midfielder ta’ Liverpool Thiago Alcantara lura fil-Camp Nou.
L-Ispanjol irrappreżenta lill-ġganti Katalani bejn l-2005 u l-2013, u mexa mis-sistema taż-żgħażagħ tal-club qabel għamel 101 dehra fl-ewwel team.
Thiago mbagħad qatta’ seba’ snin fil-Ġermanja ma’ Bayern Munich qabel ma ngħaqad ma’ Liverpool f’Settembru 2020, iżda sabha diffiċli biex juri l-aħjar forma tiegħu għar-Reds.
Xavi jrid iġib lill-internazzjonali Spanjol lura fil-Camp Nou, bil-coach il-ġdid determinat li s-sena d-dieħla jsaħħaħ nofs il-ground tiegħu.
Thiago tħabat bi problema fil-pexxul fl-istadji bikrija tal-istaġun 2021-22, bil-kwistjoni tirrestrinġih għal ħames dehriet biss fil-Premier League.
B’kollox, il-player ta’ 30 sena għamel 37 dehra ma’ Liverpool mill-wasla tiegħu, u skorja goal wieħed u pprovda assist wieħed fil-proċess.