Saturday, December 21, 2024

Xavi jħalli lil Frenkie de Jong jingħaqad ma’ Manchester United

Aqra wkoll

Il-manager ta’ Barcelona, Xavi, ħalla fil-libertà lil Frenkie de Jong biex dan is-sajf jingħaqad ma’ Manchester United.

Il-fatt li l-players żgħażagħ Gavi u Pedri kellhom staġun mill-aqwa ħalla kompetizzjoni akbar fil-midfield tal-Blaugrana dan l-istaġun, iżda De Jong baqa’ player regolari fl-ewwel 11 ta’ Barcelona.

L-internazzjonali Olandiż irreġistra erba’ goals u ħames assists minn 45 dehra fil-kompetizzjonijiet kollha dan l-istaġun u beda 29 logħba f’La Liga għall-Blaugrana li jinsabu fit-tieni post tal-kalssifika tal-Liga Spabjoli, b’Real Madrid diġá ġew dikjarati champions.

De Jong jibqa’ kuntrattat ma’ Barcelona għal erba’ snin oħra, iżda l-futur tiegħu tpoġġa f’dubju fl-aħħar ġimgħat fost suġġerimenti li Manchester United huma ħerqana li jiffirmawh.

Barra minn hekk, il-ġganti Katalani huma lesti li jilqgħu lil Franck Kessie fil-club bħala free agent minn AC Milan, u Xavi huwa rrappurtat li huwa ħerqan li jkompli jsaħħaħ l-għażliet tiegħu f’nofs il-ground.

Ekonomija

Sport