Saturday, April 27, 2024

Xemx jew maltemp, il-bdiewa dejjem jibqgħu jipprovdu prodott lokal

Intervista maż-żagħżugħa Imġarrija Nicole Muscat li taħdem fir-raba’

Nirayl Grech
Nirayl Grech
Ġurnalista

Aqra wkoll

“Inħeġġeġ lil poplu Malti u Għawdxi sabiex jibqa jikkonsma l-prodott lokali. Fil-fehma tiegħi, il-bdiewa huma n-nies li fit-tajjeb u fil-ħażin, xemx jew maltemp, dejjem jibqgħu jipprovdu l-ikel lill-pajjiż”.

Dan iddikjaratu Nicole Muscat, żagħżugħa ta’ 17 -il sena mill-Imġarr, li taħdem ir-raba’, b’rezzjoni għal protesti li qegħdin isiru ġewwa pajjiżna u lil hinn minn xtutna mill-bdiewa.

Fl-aħħar ġimgħat il-bdiewa Maltin u Ewropej ingħaqdu sabiex isemmgħu leħinhom dwar dak li huma jħossu, li huwa trattament inġust minn direttivi u liġijiet Ewropej.

Iż-żagħżugħa Nicole, spjegat ma’ dan il-ġurnal li r-raba għaliha huwa s-sors fejn hi u familtha jaqilgħu l-ħobża ta’ kuljum. Enfasizzat fuq il-fatt li r-raba’ mhijiex importanti għalihom biss, iżda anke għad-dinja kollha, għax id-dinja mingħajr il-biedja u l-prodotti lokali ma timxix.

Hi rrimarkat li l-ewwel protesta saret bil-għan lil-Unjoni Ewropea tinduna li l-bdiewa mhumiex kuntenti bid-deċiżjonjiet,bil-liġijiet u bil-kuntratti li qed tiffirma hi.

Muscat żiedet tgħid; “ Hemm pajjiżi li qegħdin jużaw bexx li fl-Ewropa, li ilu li sar illegali lura għal 10 jew 15 -il sena ilu! Issa dan il bexx mhuwiex ta periklu għas saħħa tal-bniedem? Jekk ir risposta hija IVA, mela għalfejn l-Unjoni Ewropea qeda tippermetti liċ- ċittadini tagħha jikkunsmaw dan l-ikel? U jekk ir risposta għal mistoqsija li ghamilt hija LE, mela għalfejn il bdiewa li jaħdmu ġo pajjiżi fl-Ewropa u ma jistgħux jużawh dan?”

Meta mistoqsija x’kien l-għan tat-tieni protesta, Muscat saħqet li saret bil-għan li tħeġġeġ lill-Gvern ta’ pajjiżna sabiex jiħraxu l-ispezzjonijiet u jsiru aktar testijiet fuq xogħol li dieħel minn barra, bħal ma jsiru fuq il-prodotti Maltin u sabiex jiġi issusidjat ukoll id demel u l-magħlef.

Qalet ukoll li fit-tieni protesta, il-bdiewa talbu sabiex ma jiddaħlux miżuri bħal tnaqqis ta’ fertilizer li trid iddaħal l-Ewropa. Hija temmet tgħid li ħasset li kellha tattendi għaż-żewġ protesti għax kien dmir tagħha li tiġġieled għad-drittijiet. Tħoss li f’ċertu ċirkustanzi, il-bdiewa mhumiex trattati sew u li dawn jixirqilhom li jkunu stmati iktar.

Sport