Saturday, May 4, 2024

Irlandiż mixli bl-importazzjoni ta’ 6 kilogrammi kannabis

Aqra wkoll

Oliver James Lawson, Irlandiż ta’ 37 sena ma ngħatax il-ħelsien mill-arrest wara li kien akkużat li importa 6 kilogrammi kannabis.

Hu kien mixli wkoll li ffalsifika dokumenti b’rabta mal-identità tiegħu.

Il-Prosekuzzjoni quddiem il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech qalet li l-Irlandiż kien arrestat meta pulizija libes ta’ pustier mar jagħtih pakkett. Ir-raġel induna b’dan kollu u hekk kif ra l-pulizija pprova jaħrab iżda hu ġie arrestat ftit tal-ħin wara.

James Lawson wieġeb mhux ħati għal akkużi kontrih. L-avukati difensuri talbu għall-ħelsien mill-arrest fuq il-bażi li hu ilu jgħix f’Malta u għandu rabtiet ma’ pajjiżna.

Iżda l-prosekuzzjoni oġġezzjonat u qalet li dan jista’ jkun li jibda juża isem ieħor jew inkella l-isem li qed juża hu wieħed falz.

Il-Maġistrat Frendo Dimech ċaħdet it-talba tad-difiża.

Sport